|
Ittra
personali ghalik
PENTEKOSTE
PERSONALI: IS-SIGRIET TA’ QAWWA GDIDA?
Ghaziz
Siehbi,
Kif
inti? Ilna ma niltaqghu u meta niltaqghu il-kliem bhac-cirasa u
nitkellmu fuq hafna affarijiet dwar familja, sport, xoghol, sahha ..
insomma il-kantaliena
tas-soltu! Iddecidejt li niktiblek ghax nghidlek il-verita, wicc
mb’ wicc inhossni li
ma nkunx kapaci nwassallek dak li nixtieq nghidlek. Dan li se niktiblek
hu messagg genwin
li nemmen li kull bniedem ghandu bzonn ferm aktar milli wiehed jahseb.
Ara tiehu xi
impressjoni li jien nahseb li jien xi qaddis jimxi fl-art. Xejn minn
dan imma, bhal wiehed
qed jeghreq sibt "salvauomo" , sibt min qalghani mill-gharqa zgura. Illum
qed nghix hajja fuq dimensjoni gdida, hajja eccitanti u mimlija
sorprizi u avventuri.
Interessat tkun taf kif int ukoll tista ssib qawwa gdida ghall-hajja
ta’ kuljum?
A:
X’BI HSIEBNI NAGHMEL
Irrid
inwassallek messagg li jista’ jbiddillek hajtek
b’mod
l-aktar radikali. Ahfirli li domt daqshekk ma wassaltulek imma issa ma
nistax nostorlok
aktar dan is-sigriet. Ifhimni sewwa: li se nghidlek mhux gej minn mohhi
imma hu rigal li
bih qed jissorprendi hafna miljuni ta’ nies Dak li xewqtu hi
li jara l-bnedmin
ferhanin. Ma jridekx tkun wiehed minn dawk li ghadhom jghixu daqs li
kieku ma jafux
b’das-sigriet. Das-sigriet jibqa’ sigriet sakemm
jien u/jew haddiehor ma
naghrfux inwassluhulek bl-aktar mod semplici imma fl-istess hin
efficjenti.
S’issa
dall-messagg semghuh dawk li attendew laqghat ta’ talb
hekk imsejjha Karizmatici jew Pentekostali. Izda ma jistax ikun li int
u hafna ohrajn li
qatt ma messew ma dat-tip ta’ laqghat tibqghu miftuma minn
dak li skoprejna ahna. Dan
hu li se nipprova naghmel. Minghajr ma nidhol fi sqaqien teologici u
f’terminologija
li inti m’intix midhla taghha, sejjer nipprova nispjegalek
bl-iqsar mod possibli kif
int tista tiskopri ghalik innifsek is-sigriet ta’ qawwa gdida.
B:
IL-QAWWA TA’ PENTEKOSTE
Zgur
smajt kif l- Appostli ghexu ma’ Gesu ghal tlitt snin imma
meta giet is-siegha tal-prova harbu. Anke wara li Gesu rxoxta xorta
baqghu imnezza
mill-qawwa li kellhom bzonn biex johorgu jxandru l-Ahbar sensazzjonali
tal-irxuxtar
tal-Messija. Baqghu imsakkrin fil-kamra ta’ fuq. Rawh tiela
lejn is-sema imma HU
tahom struzzjonijiet cari: tippruvawx tmorru tippridkaw qabel titlibbsu
bil-"QAWWA
MINN FUQ". Din il-qawwa kien WEGHEDIELHOM li se tigihom meta HU
jibaghat fuqhom
lill-ISPIRTU QADDIS. U meta dan gara, il-bidla fihom kienet tremenda.
Il-biza inbidel
f’kuragg, id-dubju inbidel f’fidi zonqrija u l-fomm
maghluq infetah f’zewg
direzzjonijiet: vertikali u orizzontali. Vertikali ghax fommhom imtela
b’tifhir
‘l Alla li kien tant qawwi li hasbuhom fis-sakra, orizzontali
ghax fommhom imtela bi
kliem perswassiv li wassal ghal konverzjoni ta’ mases kbar
ta’ nies.
L-appostli
ma kinux wehidhom. Kellhom maghhom lil Marija omm Gesu, lil
qrabatu, u dixxipli ohrajn: b’kollox kienu 120. Bdew
jitkellmu b’ilsna godda,
bdew ixandru lil kulhadd il-famuza BREAKTHROUGH: Kristu msallab ma
baqax skeletru
fil-qabar imma qam!! L-istess SPIRTU TA’ QAWWA li qajjem lil
Gesu mill-mewt issa kien
fihom biex b’qawwa supernaturali ikunu jistghu iwettqu
l-istess li kien jaghmel Gesu:
ifejjaq, jghallem, iqajjem mill-mewt, ikecci x-xjaten u jxandar li
s-SALTNA T’ALLA
WASLET.
Facilment
tghid bil-paroli li ghandek il-qawwa fik imma l-prova
ta’ dak li kienu qed jghidu beda jigi ppruvat mill-fatti.
Il-maghtub ta’ bieb
it-Tempju beda jaqbez u joghla, il-mara mejta qamet isservihom,
l-indemonjati bdew
jinhelsu: dak li kien ghamel Kristu ftit xhur qabel bdew jaghmluh huma
wkoll: mela veru li
Kristu qam, veru li Kristu kien invizibbilment maghhom iwettaq
bis-sinjali l-Kelma
taghhom. Il-"link" li kellu Gesu Kristu ma’ Alla l-Missier
issa inghata
wkoll lilhom. Sajjieda ordinarji saru bnedmin b’qawwa
straordinarja. Imma, u hawn
qieghda l-kbira imma, din il-qawwa tal-ewwel insara ndifnet maghhom jew
ghada possibli li
narawha llum f’hajjitna?
C:
PENTEKOSTE: GRAJJA TA’ DARBA?
Kieku
l-manifestazzjonijiet tal-Ispirtu graw darba fl-Atti tal-Appostli
allura jkolli naqbel li din kienet spluzzjoni ta’ darba biex
tinawgura bil-kbir
iz-zmien ta’ bejn iz-zewg migjiet ta’ Kristu. Imma
jekk tqalleb l-Atti issib li
kull darba li individwi ircevew bil-fidi lill-Ispirtu s-Santu gara xi
haga fihom. U dix-xi
haga dejjem kienet espressjoni hierga mill-fomm: jew bdew
jipprofetizzaw, jew bdew
jitkellmu bl-ilsna jew bdew ifahhru lill-Alla. U dan gara
b’mod mhux ippjanat imma
gara rizultat ta’ intervent gewwa fihom li huma dejjem
attribwewh ghall-sors wahda:
L-ISPIRTU QADDIS. Dan gara kemm il-darba fl-Atti u matul l-istorja
tal-Poplu t’Alla
dejjem kellna individwi li meta CEDEW GHALL-ISPIRTU S-SANTU dawn imtlew
b’qawwa
enormi li biddlithom totalment. Hemm xi cans li INT tkun wiehed minn
dawn l-individwi?
D:
PENTEKOSTE: REALTA TA’ ZMIENNA
Mill-bidu
ta’ dan is-seklu ‘l hawn miljuni ta’ nies
ghaddew minn esperjenza simili. Pentekoste ma baqghax ghalihom grajja
t’elfejn sena
ilu imma bla tlaqliq setghu jghidu: "Nemmen f’Pentekoste mhux
ghax qrajt fuqu
imma ghax doqtu jien stess". Gwanni l-Battista ( jigifieri l-ghammiedi)
kien ippunta
subajgh lejn Gesu bhala dak li jghammed
"BL-ISPIRTU
QADDIS (JEW IS-SANTU) U BIN-NAR". Sakemm Gesu
kien ghadu fid-dinja HU BISS kien konsagrat bl-ISPIRTU T’Alla
imma meta rxoxta u
tela’ s-sema beda fazi gdida tax-xoghol tieghu ghalina: beda
jghammed lill-bnedmin
bl-ISPIRTU S-SANTU. Dawk il-bnedmin li bdew jircievu bil-fidi din
l-esperjenza jigifieri
li jhallu ‘l Gesu Kristu jghamiddhom bl-Ispirtu s-Santu bdew
isejhu din l-esperjenza:
"il-Maghmudija fl-Ispirtu s-Santu". Ohrajn bdew isejhulha RELEASE,
ohrajn
EFFUZZJONI, ohrajn TIGDID. Issejhilha x’issejhilha, int
ghaddejt minna? Int ircevejt
dak li l-Mulej imxennaq tant li jaghtik? Hu jixtieq: it-TRANSMISSION
ghaddejja.
X’Tghidli fuq ir-RECEPTION tieghek? Kif tista tinghaqad
mal-miljuni ta’
Kristjani minn diversi knejjes u denominazzjonijiet li illum jistghu
jistqarru bla tlaqliq
ta’ xejn li ghalihom il-"baptism
with the Holy Spirit" hi l-isbah
u
l-aqwa haga li gratilhom f’hajjithom?
E: XI TRID
TAGHMEL BIEX TKUN LEST TIRCIEVI DILL-QAWWA GDIDA?
Hawn
kotba shah u metodi differenti fuq dan. Pero` biex inkun semplici,
se nsemmilek xi principji li jghinuk biex jekk int verament tixtieq illum
stess tkun imfawwar b’dil-qawwa tal-Ispirtu s-Santu. Dettalji
aktar milli se ntik
jghinuk biex tifhem aktar fil-fond aktar il-quddiem imma bli se
nghidlek hu bizzejjed biex
int tircievi dan id-DON hekk importanti ghalik.
- Ftakar
li
hu l-Mulej li sejjahlek. Huwa Hu li qed jiehu inizzjattiva. Huwa HU li
dal-hin qed jaghtik invit personali biex thallih iwettaq dak li tant
imxennaq jaghtik.
- Dak li ser
tircievi hu RIGAL mhux premju. Hadd, l-ebda bniedem ma jista qatt
jimmagina illi hu tajjeb bizzejjed biex Alla jippremjah b’
Don hekk sublimi ta’ xi opra tajba li ghamel. Dan id-Don hu
don, rigal mghoti b’xejn, frott tal-fidwa li wettaq Gesu
Kristu b’demmu stess.
- Dan
ir-rigal Alla jaghtih lil min diga accetta ir-rigal li jitwieled
mill-gdid mill-Ispirtu. Accetajt li "d-demm u l-laham" ma jistghu qatt
jirtu s-Saltna ta’ Alla? Mur u aqra it-tielet kap
mill-Evangelju ta’ San Gwann u gharaf li "Alla hekk habbek li
baghat lill Ibnu biex JEKK INT TEMMEN FIH ma tintilifx imma jkollok
il-hajja ta’ dejjem."
- TACCETTA
li inti midneb? Taccetta li ghandek bzonn tas-salvazzjoni?
- TACCETTA
li Gesu miet u rxoxta biex JEKK INT TEMMEN FIH u issejjah isem il-Mulej
int tkun salv?
- TACCETTA li
thalli ‘l Gesu ta’ Nazaret li jkun IL-LIBERATUR,
REDENTUR, FEDDEJ, SALVATUR u MULEJ ta’ hajtek?
- TACCETTA
li tinhall minn kull rabta hazina u min kull ghemil li taf fil-kuxjenza
tieghek li ma jaqbilx mat-taghlim li nsibu fl-Iskrittura specjalment
fl-erba Evangelji?
- TACCETTA
li ma taghmilx kompromess mal-kmand car ta’ Kristu: dik li
tahfer lill-ghedewwa tieghek?
- TACCETTA
li titlob ‘l Alla jbierek lil kull min mexa mieghek
bl-ingustizzja jew bl-egoizmu jew bl-arroganza?
- TACCETTA
li wahdek dil-haga hi impossibli imma li bl-ghajnuna ta’ Dak
li ghalih xejn m’hu impossibli int lest li tahfer ...... u
tinsa?
- TACCETTA
li tirrinunzja ghal kull prattika ta’ okkult: oroskopji, qari
tax-xorti, kuntatt ma’ spirti, etc. (Jekk ghandek xi dubju
fuq xi haga jekk hix okkult jew le iccekkja ma xi hadd li jifhem imma
jekk m’intix cert , "Better safe than sorry", irrinunzjaha.)
Jekk qatt kont involut ma’ xi attivita satanika lest
tirrinunzjaha?
- TACCETTA
li thobb lil kulhadd specjalment lil dawk li huma dixxipli
ta’ Gesu?
- TACCETTA li
tkun lest tilqa kull forma ta’ persekuzzjoni "ghax int
ta’ Kristu"?
- TACCETTA
li tabbanduna kull forma ta’idolatrija, igifieri dik li
tpoggi persuna, oggett, karriera, jew kull haga mahluqa qabel ALLA ?
- TACCETTA li
ma tadura ‘l hadd u ‘l xejn hlief lil Alla:
il-MISSIER, L-IBEN U L-ISPIRTU S-SANTU?
- TACCETTA
li tabborri it-tlellix tal-flus u l-pjaciri tad-dinja biex minflokhom
tkun tista idduq il-hlewwiet tas-sema? Kull
dnub hu bhal hamburger tajjeb u delizzjuz li thalli fuq mejda ghax xi
hadd stiednek ghal 5-course dinner go 5-star restaurant!!
Jekk
int lest taccetta dan, fuq is-sahha li taghti l-KELMA MIKTUBA
TA’ ALLA jien nassigurak li ghandek id-dispozzjonijiet
necessarji biex ma timblukkax il-hidma ta’ Gesu Kristu biex
Hu ... iva Hu stess jkun jista, personalment, jghammdek fl-Ispirtu.
F: XI JRID
JAGHMEL GESU KRISTU FIK META INT THALLIH JGHAMMDEK FL-ISPIRTU S-SANTU?
Kull
patt fih zewg elementi: naha x’qed toffri, naha
x’qed tilqa. Importanti ghalik li tifhem il-"BASICS"
ta’ dak li qed joffrilek Gesu Kristu meta int thallih
jaghmmdek fl-Ispirtu s-Santu. Kull tifsira ohra, kull aspett iehor
imbaghad tkun tista taqra fuqu WARA li tkun gejt mghammed fl-Ispirtu.
Inqas ma tikkumplikaha l-haga, aktar tista tirciviha bhal tifel zghir
li jintelaq b’kunfidenza bla tarf fi hdan id-daddy tieghu li
jaf x’inhu jaghmel..
Mela
isma b’mod car dak li jiena nemmen li qed joffrilek bhalissa
l-Mulej Gesu:
JIEN,
GESU KRISTU, IR-RIGAL LI TAK IL-MISSIER, QED INQIEGHED QUDDIEMEK
PROPOSTA UNIKA:
- THALLINI
NQIEGHED IDEJJA FUQ RASEK U NFAWWREK
BIL-QAWWA TAL-ISPIRTU S-SANTU? - THALLINI
NPOGGI GEWWA QALBEK N-NAR LI HEMM GO QALBI
STESS? - THALLINI
NQABBADLEK HUGGIEGA TA’ NAR
GOL-GEWWIENI TA’ QALBEK
BIEX TKUN TISTA THOBB LIL MISSIERI B’QALBEK KOLLHA,
B’SAHHTEK KOLLHA, B’MOHHOK KOLLU U B’KULL
MA INT U B’KULL MA GHANDEK? - THALLINI
NIMLIK
BIN-NAR TA’ MHABBTI GHALL- BNEDMIN KOLLHA LI GHALIHOM XERRIDT
DEMMI? - THALLINI
NQIEGHED L-ISPIRTU TA’ ALLA
FL-ISPIRTU TIEGHEK HALLI TKUN
TISTA TGHAJJATLU BHAL MA NGHAJJATLU JIEN: "ABBA MISSIER"? - THALLINI
NTIK L-ISPIRTU S-SANTU BIEX HU JKUN JISTA
JGHALLMEK TITLOB SKOND KIF
IQANQLEK HU? - THALLINI
NTIK
"IL-HLEWWA TAL-ILSNA TAS-SEMA" BIEX TKUN TISTA TESPRIMI IL-GIH LI
JIXRAQ LILI U LIL MISSIERI? - THALLINI
NKUN KONTINWAMENT IS-SID TIEGHEK BILLI
NMEXXIK F’KULL
DECIZZJONI TIEGHEK SKOND L-GHERF LI TANT NIXTIEQ INTIK PERMEZZ
TAL-ISPIRTU S-SANTU? - THALLINI
NURIK LILI NNIFSI MHUX BISS DARBA IMMA MA
TUL HAJTEK XI TFISSER LI JIEN
HU DAK LI NGHAMMED BL-ISPIRTU S-SANTU U BIN-NAR? - THALLINI
NUZAK
KIF U FEJN IRRID JIEN BIEX NILHAQ IN-NAGHGA L-MITULUFA U NKOMPLI
INFEJJAQ, NIRRIVELA, NEHLES U NKOMPLI X-XOGHOL TIEGHI BIEX NIBNI
L-GISEM TIEGHI LI HI L-KNISJA? - THALLINI
NINDAHALLEK F’KULL DECIZZJONI
TIEGHEK, INMEXXIK
F’KULL XOGHOL TIEGHEK, NISPIRAK F’KULL HIDMA LI
TWETTAQ , FI KLIEM IEHOR : LI NKUN TASSEW SIDEK ERBA W GHOXRIN SIEGHA
KULL JUM? - THALLINI
NKUN TANT MAGHQUD MIEGHEK LI BL-UMILTA
KOLLHA TKUN TISTA TGHID: MHUX
JIEN NGHIX IMMA KRISTU JGHIX GO FIJA? - THALLINI
NQADDSEK?
JIGIFIERI NAGHMLEK TIEGHI U BIL-PREZENZA KONTINWA TAL-ISPIRTU S-SANTU
TKUN KOMPLETAMENT IMQADDES F’KULL MA TAHSEB, KULL MA TGHID ,
KULL MA TAGHMEL U F’KULL TWETTIQ TAD-DMIRIJIET TIEGHEK? - THALLINI
? IVA JEW LE?
G:
L-ACCETTAZZJONI TIEGHEK
Min
hawn il-quddiem ma tantx nista nghinek ghax kollox jiddependi minn kemm
tghid ive jew le ghal kull wahda minn:
TACCETTA
LI.... (ARA PARAGRAFU "D")
THALLINI
LI ... (ARA PARAGRAFU "E")
Fl-opinjoni
tieghi jekk l-iva tieghek ghal kull
mistoqsija
mhix cara imma fiha xi kundizzjonijiet, allura itlob kemm trid imma
tippretendix li Gesu
jghammdek fl-Ispirtu! Itolbu jnehhilek kull "blockage" li fadallek.
Jekk,
minn naha l-ohra, meta taqra dawk il-mistoqsijiet qalbek tfur
bil-ferh u tkun lest li tistieden lil Gesu Kristu iwettaq dak kollu li
offrielek li jtik,
allura ifrah ghax m’intix boghod mis-saltna t’Alla!
Inzel
gharkobbtejk, wahdek, f’kamartek. Mhux kif toqghod
l-importanti imma li f’qalbek ikollok sens ta’
rispett u serjeta lejn Kristu
Rxoxt!
Qeghdin
int u Hu.
Erga
aqra kull wahda minn dawk il-mistoqsijiet u, bl-akbar serjeta
profonda ta’ mhabba ighidlu: "IVA, GESU, NACCETTA"
f’kull sentenza.
Hawnhekk
ohrog idejk il-barra u ghid lil Mulej Gesu
"Ha
jsir minni skond KELMTEK! AMEN! HALLELUJAH! MULEJ NEMMEN,
IGHIN IN-NUQQAS TA’ FIDI TIEGHI. IVA GESU NEMMEN FIK, INT LI
INT IT-TRIQ, IL-VERITA U
L-HAJJA!
INT
LA TQARRAQ U LANQAS TITQARRAQ! MULEJ GESU INT LI INT FIL-LEMINIJA
TAL-MISSIER LI JAF JAGHTI HWEJJEG TAJBA LIL MIN JITLOBHOMLU IDHOL
GHALIJA U FERRA MINN
QALB IL-MISSIER ETERN ID-DON INFINIT TAL-ISPIRTU S-SANTU, MULEJ LI
JAGHTI L-HAJJA.
NILQA’ GESU` LI INT DAN IL-MUMENT STESS QED TAGHMMIDNI
BL-ISPIRTU S-SANTU. . .DAK LI
INT IMXENNAQ BIEX TWETTAQ FIL-HAJJA TIEGHI, EJJA GESU: HA JSIR MINNI
SKOND KELMTEK:INTI HU
DAK LI TGHAMMED FL-ISPIRTU LIL KULL MIN JERSAQ GHANDEK. GRAZZI LI DAN
QED TWETTQU DAN
IL-MUMENT. HALLELUJAH. EJJA SPIRTU QADDIS: EJJA .. EJJA ..
L-ewwel
spark sopranaturali tal-"BAPTISM IN THE SPIRIT" lest
li jfaqqa minn hin ghall-iehor.
Bhalissa
miexi fuq l-ilma, l-ilma tal-fidi. Zomm ghajnejk imsammra fuq
GESU KRISTU li qed jistiednek tqum minn fejn int u timxi .. timxi fuq
l-ilma ....
hallih... hallih....
Holl
ilsienek ... hallih it-tifhir jahraq johrog! L-ilma ghala,
id-duhhan hemm bzonn li johrog! Iftah halqek, bewwaq fommok! Intelaq
f’tifhir ferhan
u profond! Ghall-ewwel bil-Malti jew xi lingwa li taf! Imbaghad bhal
tifel zghir tbissem
tbissima mqarba lejn Missierek li hu fis-smewwiet u bhala sinjal
ta’ telqa fl-Ispirtu
s-Santu li Hu tak, lissen kliem u tnehid qisek tarbija ma’
tafx titkellem. Kompli
f’dil-bluha ta’ Pentekoste, inhall fl-ilsien
tan-nar li qed ihollok mill-ebusija
gewwinija biex ... thalli l-Mulej Gesu jaghmel dak li weghedek Hu!
Intelaq! Kompli intelaq
izjed! Dan hu l-ewwel pass , il-kbir ghadu gej....
Tibzax
tkun extravaganti, tinsiex jekk qed thoss xi forma ta’
mhabba mhux tas-soltu dik mhix tieghek imma SEHEM MILL-IMHABBA INFINITA
li hemm bejn
il-Missier u l-Iben! Tibzax mis-sillabar ta’ forom
ta’ kliem li ghalik ma
jfissru xejn imma .... l-importanti li Alla qed jifhem u jiehu gost
jarak ccedi
ghall-majesta glorjuza tieghu.
Itlob
"in tongues", imbaghad bil-ferh cedi ghall-melodija li
l-Ispirtu s-Santu qed jifforma f’qalbek u ... ghanni u kanta
ghanja gdida lil Mulej..
l-ewwel "in tongues" imbaghad bl-inglis jew bil-malti , imbaghad erga
"in
tongues". Imbaghad idhol f’silenzju qaddis u halli l-Ispirtu
s-Santu ikun ghalik
dawk ix-xmajjar ta’ ilma haj li Gesu weghedek li jtik.
Imbaghad ibki, idhaq, aqbes,
kanta, iskot... aghmel kollox skond it-tqanqil tal-Ispirtu!
Fahhar
lil Mulej ghax Hu zamm il-weghda tieghu u ghammdek fl-Ispirtu
s-Santu. Mur u strieh. L-ghada .. u kull jum iehor ta’ hajtek
it-talba tieghek ghanda
tkun:
GRAZZI
MULEJ TALLI GHAMMIDTNI FL-ISPIRTU S-SANTU. KOMPLI ILLUM FAWWARNI
B’DAN L-ISPIRTU LI JAGHTI L-HAJJA. KOMPLI ILLUM GEDDIDNI U
ITTRASFORMANI MINN GLORJA
GHALL GLORJA. ZOMMNI UMLI MULEJ GHAX KULL HAGA TAJBA LI GRATLI
S’ISSA U LI SE TIGRILI
LLUM GEJJA MILL-HNIENA INFINITA TIEGHEK. GESU NERGA’ NTENNILEK
IVA
LEST LI INT ILLUM TKUN GHALIJA MULEJ U SALVATUR.
WAHDI,
ITLAQNI MINUTA WAHDI, U NITTRADIK U NAQA FID-DNUB. GESU NILQA
IS-SALVAZZJONI TIEGHEK ILLUM. EJJA SPIRTU S-SANTU HALLI NGHIX
IL-HELSIEN TA’ ULIED
ALLA AMEN HALLELUJAH!
H:
KONKLUZZJONI
Ix-xitan,
din l-ittra mhi se toghgbu xejn affattu!!! TPAXXIHX!!!
Ippruvajt
mill-ahjar li stajt, naqsam mieghek l-esperjenza li hafna
bnedmin ghaddew minna diga! Tibzax m’intix wahdek!
IL-MULEJ
MIEGHEK!
UREJTEK
IS-SIGRIET TAL-QAWWA! ISSA F’IDEJK!
Xogholi
kien li nurik il-bidu. Hemm hafna izjed x’wiehed jghid fuq
kif wiehed ihalli l-Ispirtu s-Santu isir realta qawwija fil-hajja
tieghu.
L-Ispirtu
s-Santu hu Alla li jisthoqqlu l-qima, rispett u l-ubbidjenza
taghna. L-esperjenza tal-maghmudija fl-Ispirtu tkun awtentika daqskemm
wiehed jghaddi
mill-esperjenza tal-Ispirtu ghall-Ispirtu tal-esperjenza, mill-hlewwiet
tal-Ispirtu
s-Santu ghall-Ispirtu s-Santu tal-hlewwiet! L-Ispirtu s-Santu hu
persuna li jehtieg issir
tafha intimament aktar milli ragel ikun jaf mill-vicin lill-martu.
Tkunx
kuntent bin-naqra li tajtek f’din l-ittra imma, kif jghid
il-Mulej: "Min ifittex isib".
Ghoddni
dejjem tieghek
Joe
C. Aquilina
Joe
C. Aquilina
|